‘A Symphony to Victory’ – It-Tnejn 7 t’Awwissu

 

 

Bħal-lum xahar, it-Tnejn 7 t’Awwissu, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tippreżenta l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ bl-isem għal din is-sena jkun ‘A Symphony to Victory’. Fil-fatt it-tema’ magħżula għall-Programm ta’ din is-sena hija dik ta’ mużika abbinata mal-Gwerra fejn ser nimxu pass pass mill-kruha tal-gwerra sar-rebħa fuq l-għadu. Flimkien mal-Banda li tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela ser jingħaqdu l-kantanti Christain Arding u Tiziana Calleja kif ukoll il-grupp taż-zfin u animazzjoni Centre Stage. Preżentazzjoni tal-Programm li jibda fid-915pm fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta` ser tkun f’idejn Keith Demicoli.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *