Birgu Fest 2017 – Jispikka Palazzo Huesca fiċ-Ċentru ta` Pjazza Vittoriosa

Minn għada u matul il-ġranet tal-Birgu Fest 2017 quddiem ‘Palazzo Huesca’ sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ikun hemm Snack Bar u Wine Bar armati. Minn dawn, apparti varjeta ta’ xorb wieħed ikun jista wkoll jitrejjaq xi ftit fl-atmosfera sabiħa tal-Belt tagħna. Platt tradizzjonali ta’ ikel Malti, Bebbux, Burgers biċ-Chips, Wraps, Cheese Platters, Hobż biż-żejt  u sandwiches  huma fost l-ikel li tista’ ssib f’dawn l-istands. Biex issib dawn l-istands huwa faċli ħafna. Hekk kif tidħol fil-Pjazza ewlenija tal-Birgu l-aktar bini li jispikka bil-ġmiel tiegħu huwa ‘Palazzo Huesca’ jew inkella wieħed jista jistaqsi għall-Banda tal-Birgu kif jafna kulħadd u kif hemm indikat fuq l-istands armati għal din l-okkażjoni.  Birgu Fest 2017 bejn għada l-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 t’Ottubru.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *