Festa Oħra ‘Palmiża’ ta’ suċċess – Festa Kbira u Kompluta

Festa Kbira u Kompluta – Il-kliem li jiddeskrivu bihom nies dilettanti li ġew iżuruna bl-eluf tagħhom fl-ewwel ġranet t’Awwissu sabiex jaqsmu magħna l-ferħ tal-Festa tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz. Reġgħet kienet Festa Kbira ddedikata lill-Patrun tal-Belt tagħna San Lawrenz fejn urejna u konfermajna kemm aħna l-aqwa festa fil-Kottonera u waħda mill-festi ewlenin f’pajjiżna. U dan urejnih bil-provi. Għax aħna l-Palmiżi hekk dejjem għamilna, hekk qed nagħmlu u hekk sejrin nibqgħu nagħmlu sforz l-imħabba kbira li għandna lejn dan il-kbir Qaddis Lorenzu. Kburin li aħna l-festa tat-titular tal-Belt tagħna bħalma l-Banda Vittoriosana San Lawrenz hija l-banda tal-Birgu sa mit-twaqqif tagħha 134 sena ilu. Kellna festa kbira minn kollox.  Armar, Nar, marċijiet, Knisja, Każin, Banda, Kunċert Mużikali mill-aqwa, Laser Show u ħafna aktar. ‘Festa Kompluta’ li regħhet ikkonfermat il-qawwa Palmiża. Prosit, grazzi lil kulħadd u minn issa bdiet il-ħidma għall-Festa 2018. Sena li fiha l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tiċċelebra bil-kbir u kif jixraq lill-Banda tal-Birgu l-135 Sena mit-twaqqif tagħha. VIVA SAN LAWRENZ, PATRUN TAL-BELT REBBIEĦA. VIVA L-EWWEL BANDA VITTORIOSANA

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *