Il-Banda tal-Birgu fil-Festi Speċjali ta’ San Pawl fil-Belt Valletta – Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju

 

 

Biex titfakkar l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl, il-Belt Valletta ser tiċċelebra Festi Speċjali.  U kien unur kbir għall-Banda tal-Birgu li f’din l-okkażjoni l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tkun mistiedna sabiex tagħti s-servizz tagħha nhar il-Ħamis 29 ta’ Ġunju. Fil-fatt il-Banda tal-Birgu ser tibda marċ  minn Triq ir-Repubblika fl-4 ta’ wara nofs in-nhar fejn dan jgħaddi mit-toroq prinċipali tal-Belt Kapitali sakemm għall-ħabta tas-7pm toħroġ l-istatwa artistika ta’ San Pawl, Missier Malta Kattolika. Bħal dejjem il-Banda tal-Birgu fl-aqwa Bliet u Rħula Maltin, fl-aqwa festi u bl-aqwa servizzi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *