Illejla ‘Vittoriosa in Festa’ bit-tema ‘A Symphony to Victory’

 

 

Illum it-Tnejn 7 t’Awwissu l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tippreżenta l-Programm Mużikali ‘Vittoriosa in Festa’ fuq il-Planċier meravilja fl-akbar pjazza ta’ Beltna. Il-Banda li tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela ser tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali bit-tema ‘A Sypmhony to Victory’ fejn mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser jingħaqdu l-kantanti Tiziana Calleja u Christian Arding, il-vjolinist Valhmor Montfort u l-grupp taż-żfin u animazzjoni Centre Stage. Preżentazzjoni ta’ dan il-Programm ser tkun f’idejn Keith Demicoli. Il-programm jibda fid-915pm wara li l-Banda tkun għamlet marċ tul Triq il-Mina l-Kbira li jibda fit-8pm.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *