Imniedi l-logo 135 Sena Banda

 

Waqt ir-riċeviment tal-Milied li sar f’Palazzo Huesca nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru, 2017 ġie mniedi l-logo uffiċjali tal-Festi 135 sena. Is-sottomissjoni rebbieħa kienet dik ta’ Andre Gatt li ntgħażel minn fost 28 parteċipant f’kompetizzjoni pubblika. F’waħda mill-attivitajiet ta’ matul is-sena ser jiġi ppremjat is-Sur  Gatt li rebaħ dan il-konkors nazzjonali mniedi mis-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz f’Ottubru li għadda.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *