LOGO 135 – KOMPETIZZJONI PUBBLIKA

 

Is-Soċjeta Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa qed tniedi kompetizzjoni pubblika għad-disinn tal-logo uffiċjali li ser jintuża fis-sena 2018 fl-okkażjoni tal-135 Sena mit-twaqqif ta’ din l-Ewwel Banda tal-Birgu.

Id-disinn irid ikun tajjeb biex jintuża għall-full colour u/jew monochrome kif ukoll biex jintuża b’mod diġitali. Kull applikant jista jissottometti aktar minn disinn wieħed.

Kull sottomissjoni trid tintbgħat f’email separata fuq info@stlawrencebandclub.com bis-suġġett ikun ‘Logo135’ jew inkella bil-posta indirizzata ‘Logo 135’, ‘Palazzo Huesca’, 11, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Belt Vittoriosa.

Is-sottomissjoni rebbieħa li bħala premju tieħu €100 issir il-propjeta tas-Soċjeta Mużikali San Lawrenz u tista tintuża fuq  kwalunkwe pubblikazzjoni. Id-data tal-għeluq hija l-31 t’Ottubru, 2017 bir-rebbieħ jitħabbar matul ix-xahar ta’ Novembru. Għal aktar informazzjoni jista jsir kuntatt fuq info@stlawrencebandclub.com jew 9949 7734.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *