Programm Annwali mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz – Is-Sibt 28 t’Ottubru, 2017

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ittella’ l-Programm Annwali tagħha nhar is-Sibt 28 t’Ottubru, 2017 fis-Sala Parrokkjali, Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Dan il-Programm ser ifakkar it-30 Sena Presidenza tas-Sur Lawrence V. Farrugia li kien ħa din il-kariga fl-1987. Il-Banda ser tesegwixxi diversi siltiet ta’ mużika impenjattiva fosthom French Comedy, Funeral March of a Marionette, Di Providenza il Mar, The Provenance, Abracadabra, Harry Potter Symphonic Suite, Acclamations, The God Father Saga, Canta Napoli u Pixar Movie Magic. Il-Programm ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u jibda fit-8pm. Dħul huwa mingħajr ħlas iżda huwa importanti li tirriserva post billi ċċempel 9949 7734 jew fuq info@stlawrencebandclub.com

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *