Programm Mużikali tal-ogħla kwalita mill-Banda tal-Birgu

Programm Vokali u Strumentali stupend mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz it-Tnejn 7 t’Awwissu fil-‘Vittoriosa in Festa’ din is-sena bit-tema ‘A Symphony to Victory’ kien suċċess minn kull aspett. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela huwa mexxa programm mżewwaq fejn ħadu sehem fih il-kantanti Tiziana Calleja, Christian Arding , il-grupp Centre Stage flimkien mal-vjolinist Valhmor Montfort. Fil-Pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa ppakkjata bin-nies l-applawsi kienu kontinwi għal dak li esegwiet il-Banda fejn kien Programm li ġedded memorji lil ħafna b’mod partikolari li dawk li għexu dawk iż-żminijiet . Il-Kummissjoni Banda tixtieq tirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex ittella’  Programm Mużikali ieħor Kbir. Konforma oħra li l-Banda tal-Birgu hija fost l-ewlenin fil-gżejjer Maltin.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *