Palazzo Huesca

Il-Bandiera tas-Soċjeta`

 

Tul iż-żmien kemm ilha wieqfa s-Soċjeta’ tal-Palma, il-kumitati ta’ tmexxija kienu ħerqana li jiksbu dar li tkun xierqa u komda għall-ħtiġijiet taż-żmien. Dan kien jiddependi minn diversi fatturi, bħal ma hi l-qagħda finanzjarja jew inkella jekk id-dar kinetx taqdi l-ħtiġijiet tal-banda u ta’ l-għadd ta’ soċji li kienu mseħbin.

L-ewwel dar li kellha s-Soċjeta` wara li twaqqfet mill-ġdid bl-isem ta’ L’Unione kienet f’dar f’Nru.62 Strada Porta Maggiore. Aktarx li baqgħet f’din id-dar sal-1888, għax meta l-Banda ssaħħet wara żmien ta’ tiġdid, insibuha f’dar li kienet iġġib in-numru 9 Strada Piazzetta. Hawn baqgħet biss sena jew tnejn, għax il-każin deher li kien iċċaqlaq għad-dar bin-numru 3, Strada Dietro l’ Quartiere. Baqgħet hawn sal-1898 għax fl-1899 kient marret f’dar ikbar, Nru. 7, Pjazza Vittoriosa. Hawn għamlet erba’ snin, għax fl-1903 ġie reġistrat li marret fi Strada Desain Nru 11.

Fl-1911 inkriet id-dar Numru 40 Strada Brittanica, li magħha kellha wkoll mezzanin. Bil-kobor ta’ din id-dar u l-kumdita` li kien hemm fiha, sar possibbli li, fl-1912, is-Societa` Mandolinistica Malta tħalli l-Casino San Lorenzo u tingħaqad taħt saqaf wieħed mal-Banda Duke of Edinburgh.

Jinxtara l-Każin tal-lum

Faċċata tal-Każin fil-Festa

Mill-isbaħ fil-pjazza u ftit wara nxtara dan il-post, il-każin tal-lum. Dan il-palazz, mibni fl-1883, minbarra s-swali spazjużi, tolqot il-għajn il-faċċata majestuża tiegħu. Il-kuntratt tax-xiri kien sar għand in-Nutar Cauchi ta’ Bormla, fid-19 ta’ Lulju 1922. Kien inxtara mingħand il-werrieta ta’ Michele Soler għas-somma ta’ LM1500, li dik il-ħabta kienet somma konsiderevoli.

Il-firmatarji għas-Soċjeta`kienu il-Kaxxier, l-Assistent Kaxxier, l-Assistent Segretarju u l-bandist inkarigat mis-sala tal-kunċerti. Dawn kienu għamlu dan bis-setgħa mog]tija lilhom f’Seduta Ġenerali li saret mis-Soċji Propjetarji fid-29 ta’ Gunju tal-istess sena. Il-mod ta’ ħlas kellu jkun billi s-somma ta’ LM1000 titħallas mill-fondi tal-Każin, u l-LM500 l-oħra kellhom jissellfuhom, mingħand Giovanni Spiteri, neguzjant mill-Birgu.

Ċertifikat tal-Akkwist tal-Każin PreżentiKien sogru għas-Soċjeta` li tidħol għal dak il-piż meta s-sitwazzjoni ekonomika f’Malta ma kinitx kif wieħed jixtieq. Kienu għamlu tajjeb għal din in-nefqa xi soċji li waqqfu bejniethom dik li sejħu Societa` d’Aiuto. Dawk li ssieħbu, fost kundizzjonijiet oħra, taw garanzija bil-miktub li jikkontribwixxu xelin fil-ġimgħa għal żmien 4 snin, biex jekk il-Każin, wara l-4 snin li fihom intrabat li jrodd lura d-dejn mas-Sur Spiteri, ma jkunx f’qagħda li jagħmel dan, jintużaw il-fondi miġbura minnhom billi jisilfuhom lill-każin mingħajr imgħax.

Ma setax ikun li l-każin ma’ jiġix bżonn l-għajnuna tas-Societa` d’Aiuto. Minbarra l-prezz għoli li tħallas għax-xiri, saru spejjeż oħra għat-tibdil strutturali li kien hemm bżonn biex il-post jinġieb kompatibbli mal-ħtiġijiet tal-friegħi kollha tas-Soċjeta`; il-Banda, l-orkestra tal-mandolini, il-kumpannija drammatika Alfieri u magħhom il-kumdita` tas-soċi. Il-każin, bid-dehra ġdida tiegħu, ġie nawgurat fil-festa ta’ San Lawrenz tal-1923. Kien hemm il-ħtieġa wkoll li l-każin il-ġdid ikun mobbiljat. Sal-1925 kienu ġa saru l-vetrini tas-sala ta’ fuq, il-ġardiniera u l-vetrina tal-arkivju. Ammiraturi tal-Banda rregalaw ċentru għal nofs is-sala prinċipali. Dawn kollha għadhom fis-swali tal-każin, wara li ġew restawrati minn Giovann Pisani.Minkejja l-prezz li kellu jitħallas u l-ispejjeż li saru għall-mobbilja, sal-1926, id-dejn kien tħallas kollu. Tant hu hekk li nsibu li l-kumitat kien radd lura lis-Societa` d’Aiuto l-aħħar pagament ta’ LM50 tas-somma ta’ LM400 li kienu sselfu fl-1922.

Wara l-Gwerra – Tiswija u Tisbieħ

Kif kien riesaq tmiem il-gwerra, dawk il-Vittoriosani li darhom baqgħet sħiħa, bdew ġejjin lura lejn belthom u l-każin reħa’ beda jkun iffrekwentat mill-ġdid. Biex seta’ jseħħ dan, mertu mhux żgħir kellu David Vella, il-kaxxier, li kien silef lis-Soċjeta` LM76 biex saru xi tiswijiet kawżati mill-gwerra u l-manutenzjonijiet meħtieġa wara telqa t’ aktar minn sentejn.

L-Arkivju Mużikali

Fl-1969 tqanqlet xewqa biex il-każin jissebbaħ bl-aktar mod possibbli. F’Laqgħa tal-Kumitat li saret fis-16 ta’ Marzu ta’ dik is-sena, xi membri żvelaw li kien hemm diversi soċi u ammiraturi li xtaqu li l-ewwel indana tat-taraġ tinkesa bl-irħam. Dawn kienu lesti li jikkontribwixxu individwalment il-prezz li tiswa l-kisja ta’ tarġa. Il-Kumitat approva din il-proposta u nħatret kummissjoni għal dan il-għan. Din ħadmet qatiegħ, għax wara ftit jiem infurmat lill-kumitat li x-xogħol għal 25 tarġa kien stmat li ser jiswa LM170 u kienu nstabu 22 kontributur.

Minħabba t-tliet tarġiet li kien jonqos jinġabru, billi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-każin kienet diffiċli, il-kumitat ma kienx lest joħroġ il-kumplament. Iżda l-Kummissjoni ddikjarat li jekk ma jsibux aktar kontributuri, dak li kien jonqos kienu lesti li jagħmlu tajjeb għalih huma. Iżda ma kienx hemm ħtieġa għal dan, għax meta tlestiet l-ewwel indana, din tant intgħoġbot li nstabu aktar kontributuri biex tinkesa l-indana l-oħra. Sadanittant, instabu aktar fondi biex inżebgħu mill-ġdid il-ħitan tat-taraġ, il-Bar, il-gallerijiet u l-aperturi kollha. L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett saret fit-28 ta’ Diċembru. Kien tbierek mill-Arċisqof Gonzi u wara l-Banda għamlet programm fil-pjazza.

Membri jilgħabu fis-Sala tal-BilliardIt-tisbieħ tal-każin, kien ippjanat li jitkompla, iżda bdew jinkixfu difetti aktarx kawżati min-nuqqas ta’ manteniment fis-snin imgħoddija, l-aktar fis-soqfa tas-swali. Il-parir tal-periti kien li jkun aħjar jekk jinbidel. Billi l-ispiża għal dan kienet konsiderevoli, bdiet tinġabar deċina ta’ żewġ xelini fil-ġimgħa. Flimkien ma saqaf ġdid għas-Sala tal-Kunċerti deher li kien aħjar li jinbidel ukoll is-saqaf tas-Sala tal-Biliards, li tiġi taħt is-sala tal-kunċerti. L-inawgurazzjoni taż-żewġ swali, wara li ġew dekorati mill-ġdid, tħalliet għall-festi li kienu qed ifakkru għeluq il-Mitt Sena mit-twaqqif tas-Soċjeta`. Is-Sala tal-Billiards ġiet inawgurata bil-finali ta’ kompetizzjoni tas-Snooker. Għall-okkażjoni, il-mejda kienet ġiet illustrata u nbidel il-pannu u nxtraw stikek u bilji ġodda.  Din is-sala, biex tinżamm f’qagħda li tiġbdek, fl-1998 sar xogħol estensiv fil-ħitan billi nbidel numru ta’ ġebel li beda jitmermer, ġew restawrati l-imwejjed u l-mobbilja eżistenti u żieda ta’ oħrajn ġodda, biex kif ingħad, ġiet attrezzata b’kollox u b’kull ma tinħtieġ din il-logħba popolari.

L-inawgurazzjoni tal-Bar fl-1993Fis-snin 1988-89 nbidlu s-soqfa tas-Sala tal-Arkivju u l-ingress għaliha, is-soqfa tas-Sala Prinċipali, u ġew dekorati artistikament mill-ġdid.  In-nefqa kienet konsiderevoli. Biżżejjed tara li, f’Seduta Straordinarja li nżammet f’Gunju 1989, ġiet approvata s-somma ta’ LM5000, eskluż il-ħafna xogħol li sar b’xejn minn uħud mill-membri tal-kumitat u xi soċi. Għal żmien twil, il-Bar kien ta’ uġiegħ ta’ ras kontinwu għall-Kumitati li nħatru sa minn kL-intrata-tal-Każinmieni fis-snin ħamsin. Rari kien hemm sena li l-kirja tiegħu ġiet onorata sa tmiem iż-zmien miftihem. Probabbilment dan kien dovut għal nuqqas ta’ konkorrenza mill-membri, billi kien f’lok li ma tantx kien jilqgħek.

Fil-bidu tal-1991, deher li għal din il-problema kien hemm soluzzjoni, billi jiġi trasferit għall-ewwel żewġt ikmamar fuq il-lemin kif tidħol. Iżda biex isir dan kienu jinħtieġu bidliet strutturali kbar. Biex dan il-proġett jitwettaq, inħatret Kummissjoni. Wara kIl-Kanċell-tat-Taraġonsultazzjoni ma’ perit, beda x-xogħol, li ħafna minnu tkompla mill-membri tal-Kumitat, biex kemm jista jkun, titnaqqas in-nefqa. Għalkemm bil-mod, il-proġett kompla regolarment biex sa tmiem l-1993, kien lest bl-inawgurazzjoni ssir fil-Milied.

Fl-1998 kien imiss il-bitħa u magħha l-vaska, li ssawret f’funtana mdawla. Tkompla x-xogħol fis-Sala tal-Kunċerti u sar taraġ ġdid biex din tintL-istatwa tal-irħam ta' San-Lawrenz fl-intratalaħaq minn fejn is-Sala tal-Billiards. Ftit ġimgħat wara inbdiet l-intrata u kif din tlestiet inbeda x-xogħol fuq il-faċċata ta’ barra. Inbidel l-injam tal-gallerija u ħafna mill-ħadid ġie galvanizzat.

L-aħħar li ġibdu l-attenzjoni hemm l-istatwa ta’ rħam ta’ San Lawrenz fl-intrata, rigal tas-Sur Joseph Scicluna u l-kanċell artistiku fil-bidu tat-taraġ prinċipali, għotja ta’ Fra John Critien. Ma’ dawn nsibu ukoll bankun fis-sala tal-Arkivju biex jintrefgħu l-istandardi u l-uniformi tal-banda, kif ukoll il-proġett tal-bdil tal-Aperturi tal-injam tal-faċċata tal-kazin.

Meta l-Kumitat Ċentrali tal-każin kien qed jaħseb għall-post fejn jintrefa’ il-Planċier, fost il-possibilitajiet li ġew evalwati kien hem mil-bini ta’ Sala oħra fuq dik tal-Kunċerti. Filfatt, ix-xogħol amministrattiv f’dan ir rigward kien beda, tant li fi ftit żmien il-Kumitat kellu f’idjeh il-Permessi kollha meħtieġa. Madanakollu, peress li kien instab post tajjeb ħafna fejn jintrefa’ il-planċier, dawn il-pjanti baqgħu fuq l-ixkaffa. Pero` fis-sena 2010, grazzi għall-Benefatturi Konrad u Adolf Baldacchino, ix-xogħol tal-Bini fuq din is-Sala beda u tlesta fi żmien 3 xhur. L-għan ta’ din is-sala hu li jkompli jikber l-ispazju fil-każin fejn jintrefgħu il-ħafna assi tiegħu.

Matul is-sena 2010, l-Intrata tal-każin rat il-bidla ta’żewġ irħamiet – Dik tal-Presidenti u tas-Surmastrijiet. L-għan wara din il-bidla hu biex dawn iż-żewġ irħamiet prominenti jiġu konformi u fuq l-istess stil mal-irħama li tikkommemora il-125 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta`. Filfatt, dawn iż-żewġ irħamiet huma biċċa xogħol sabieħa ħafna ta’ Ronald Pisani, l-istess bħall-irħama tal-125 sena Banda. Dawn l-irħamiet ġew inawgurati f’attivita` li saret ġewwa l-każin nhar l-4 t’Awwissu 2010 mill-President is-Sur Lawrence V. Farrugia u is-Surmast Direttur Mro. Paul Schembri.

Wara li fis-sena 2010 tbiddlu l-irħamiet tal-Presidenti u s-Surmastrijiet sabiex jiġu jaL-irħama tal-Presidentiqblu ma’ dik tal-125 sena banda, fis-sena 2012 il-Kumitat ddeċieda li tinbidel l-irħama li tfakkar il-100 sena mit-twaqqif tal-Banda, u tintrabat mal-25 sena Anniversarju tas-Sur Lawrence V. Farrugia bħala President. Fil-fatt, fil-waqt li nżamet l-iskrizzjoni oriġinali, żdied paragrafu ieħor biex ifakkar dan l-aħħar anniversarju. Din l-irħama nkixfet nhar l-Erbgħa 1 t’Awwissu, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 Sena Anniversarju bħala President.

Kienet ilha tinħema x-xewqa li jiġi rinovat il-Bar tal-Każin. Pero` konna konxji wkoll tal-fatt li biex isir dan il-proġett, hemm bżonn ta’ eluf kbar ta’ ewros, u li sfortunatament hi spiża li l-każin żgur ma kienx jiflaħ għaliha. Għalhekk, ix-xewqa tagħna kienet li nidħlu f’partnership mal-Privat għall-iżvilupp ta’ dan il-proġett. Wara xhur ta’ esplorazzjoni, negozjati u taħdidiet, bi pjaċir il-Kumitat tas-Soċjeta` kien iħabbar li l-Ġimgħa 4 ta’ Jannar ġie ffirmat il-Kuntratt ta’ dan ir-rinovament mal-kumpanija BeBirgu Ltd. Immedjatament wara beda x-xogħol, fejn membrIl-Bar tal-Każini tal-Kumitat, immexxijja mill-PresideFtuħ Uffiċjali tal-Bar u Restaurant tal-Każinnt is-Sur Lawrence V. Farrugia, ħadmu bla heda, flimkien mas-Sinjuri Geert Sciot u Ed Schoeben, sabiex wasalna għar-riżultat tal-lum.

Imbgħad, bix-xieraq, fil- 5 ta’ Ġunju 2013, dan il-Bar u Restaurant tal-Każin pie inawgurat uffiċjalment mill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, f’attivita` li saret apposta. Għal dan il-ftuħattendew diversi persuni distinti, fosthom Membri Parlamentari, Aġenziji tal-Ivvjaġġar, Ambaxxaturi, Persuni b’karigi għoljin f’diversi kumpaniji tal-ajru, kif ukoll mebri u bandisti propjetarji u mistednin oħra. Illum ninsabu ferm kburin b’dak li għandna, fejn il-Palazz tas-Soċjeta` kompla żied mal-ġojjelli tiegħu.Waqt xogħolijiet ta' restawr fuq il-faċċata

Imma l-Kumitat ma kienx kuntent b’dan u kien jaf li fadal proġett kbir ieħor maġġuri urġenti. Din kienet ir-restawr tal-faċċata tal-Palazz tas-Soċjeta`. It-taħdidiet mal-awtoritajiet konċernati kineu ilhom is-snin li bdew, u f’Lulju tal-2013 rajna ix-xewqa tagħna tinqata’ hekk kif beda jintrama’ l-iscaffolding biex jibda dan ir-restawr tant meħtieġ. Wara diversi problemi, dan ir-restawr kien lest f’LIl-Faċċata ta' Palazzo Huescaulju tas-sena 2014, pero` kien fadallu l-aħħar biċċa xogħol, li kienet l-installazzjoni ta’ dawl.

il-fatt dan ġie nstallat matul l-ewwel nofs tas-sena 2015, fejn ġie inawgurat nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu 2015 permezz ta marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz u Programm Mużiko-Letterarju quddiem il-Każin, fejn imbgħad saret il-mixgħela ġenerali u nkixfu 2 irħamiet, waħda bl-isem tal-każin u l-oħra bl-isem tal-Palazz … Palazzo Huesca. Illum Palazzo Huesca qed ikun mixgħul kuljum għat-tgawdija tal-Pubbliku fil-pjazza ewlenija ta’ Beltna, u qiegħed isaħħar lil kull min iħares lejn din il-ġawhra arkittetonika.

Fil-festa tal-2015, b’invPurtieri f'Palazzo Huescaestiment konsiderovoli, ġew imżanżna sett purtieri li jixirqu għal-istil ta’ bini li hu dan il-Palazz. Dawn is-sett purtieri huma parti mill-proġett tal-bdil ta’ numru ta’ sopraporti, u saru għall-ewwel sular kif ukoll għat-tieni sular. B’hekk, issa minn ikun tiela’ t-taraġ fil-ġranet tal-Festa, jista’ jitpaxxa b’dan il-ġmiel ta’ purtieri li nistgħu ngħidu taw dehra oħra lill-Palazz rikk tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz.

 

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *