Kunċerti Annwali

Fl-1999, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iddeċidiet li biex tkompli tgħolli l-livell mużikali tal-Banda, tibda ta’ kull sena tesegwixxi Programm fix-xhur tax-xitwa. Il-Kumitat iddiskuta b’mod partikolari l-lokal fejn dan kellu jinżamm u b’deċiżjoni għaqlija dan il-Programm Annwali beda jsir fil-Belt Vittoriosa. Fl-ewwel snin dan inżamm fil-Mużew Marittimu fil-Vittoriosa Waterfront iżda wara diversi snin il-lokal inbidel għal dak tal-Caraffa Exhibition Halls, fl-istess Waterfront. Fis-sena 2012, il-Kumitat ddeċieda li dan il-Programm annwali għandu jsir fil-qalba tal-Birgu, propju fis-Sala Parrokkjali.

Fl-ewwel Programm, li sar nhar il-Ħamis 18 ta’ Marzu 1999 fil-Mużew Marittimu, il-Birgu, f’ġieħ il-President ta’ Malta u President Onorarju tas-Soċjeta` Dott. Ugo Mifsud Bonnici, il-Banda daqqet dan il-Programm;

OvertureEgmontL.V. Beethoven
FantasiaOtelloG. Verdi
BalletFaustC. Gounod
RapsodiaHungarian No. 2F.Liszt
SinfoniaOrfeo Al InfernoJ. Offenbach
SonatinaLa Tromba MagicaP. Schembri
Valzer20th AnniversaryP. Schembri
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Kunċert Annwali 2000

 

 

Sena wara, fis-sena 2000, fl-okkażjoni tal-Millenju l-Ġdid, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz daqqet dan il-programm fil-Mużew Marittimu;

 

 

 

Sinfonia No.3, II MovEroicaL.V. Beethoven
Rhapsody for ClarinetThe New MillenniumP. Schembri
FantasiaCentenariaP. Schembri
MedleyThe Boys From LiverpoolLennon/McCartney
Musical ThemeMusicJ. Miles (Arr. R. Zammit)
SelectionPhantom of The OperahA. Lloyd Weber
MedleyTom Jones in ConcertH. Kolasch
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Il-Kunċert Annwali tas-sena 2001, li sar fil-Mużew Marittimu ukoll, il-Banda San Lawrenz, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri, daqqet din il-mużika;

OvertureLa Gazza LadraG. Rossini
SuitePeer GyntE. Grieg
SelectionLa TraviataG. Verdi
MusicalMy Fair LadyF. Loewe
FolkloreThe Best of Maltese FolkloreA. Chircop
MedleyMagic of Andrew Lloyd WebberW. Barker
FantasyFree WorldJ. De Haan
MedleyThe BeatlesE. Siebert
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Kunċert Annwali 2002

 

Il-Kunċert Annwali tas-sena 2002 sar is-Sibt 16 ta’ Marzu fil-Mużew Marittimu u l-Banda daqqet dan il-programm;

 

 

 

OvertureCanenaP. Schembri
I & II MovSymphony No. 5L. Van Beethoven
Duetto & FinaleNormaV. Bellini
MedleyMemories of COle PorterJ. Treves
MedleyFrank Sinatra in ConcertN. Studnitzky
MedleyAbba GoldR. Sebregts
MuicalFrom Holland with LoveK. Vlak
MusicalNew Sounds of CarpentersR. Lowden
TangoLorenzoP. Schembri
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Fis-sena 2003, il-Kunċert Annwali sar is-Sibt 15 ta’ Marzu, għal darb’oħra ġewwa l-Mużew Marittimu. Il-Banda San Lawrenz daqqet din il-mużika;

Overture1812P. Tchaikovsky
BakaroleTails of HoffmanJ. Offenbach
SelectionCarmenG. Bizet
Sinfonia No. 9New WorldA. Dvorak
BalletSabre DanceA. Khachaturian
MedleyItaliaArr. V. Borgia
Musical ThemeMusicJ. Miles
MedleyThe Mask of ZorroJ. Moss
MedleyQueen in ConcertArr. R. Sciberras
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Il-Kunċert Annwali tas-sena 2004 sar il-Ħamis 18 ta’ Marzu fil-Mużew Marittimu, u il-Banda daqqet 11 il-biċċa mużikali, li kienu;

OvertureLight CavalryF. Von Suppe
MarciaSlavaP. Tchaikovsky
OvertureOrfeo Al InfernoJ. Offenbach
SelectionCavalleria RusticanaP. Mascagni
ThemeExodusErnst
Musical ThemeA TeamP. Carpenter
Musical SelectionHootenannyH. L. Walters
SuiteImpressions of SevilleH. Simeone
MusicalMy Fair LadyF. Loewe
Quick StepForwardP. Schembri
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Kunċert Annwali 2005-25 Sena Surmast ta' Mro. Paul Schembri

 

Il-Kunċert Annwali li sar nhar is-Sibt 16 t’April 2005 fil-Mużew Marittimu inżamm fl-okkażjoni ta’ għeluq il-25 Sena Surmast Direttur ta’ Mro. Paul Schembri tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Filfatt, għal din is-sena, il-mużika kollha li ndaqqet kienet kompożizzjoni ta’ Mro. Schembri u f’dan il-programm iżżanżnet il-mużika popolari Dance Splendour.

 

 

Marċ PopolariPraise to St. Lawrence2005
SinfoniaChiara1988
RapsodiaThe New Millenium2000
FantasiaCentenaria1982
Suite (III Mov)Bethsaida2003
Classic CollectionDance Splendour2005
InnuLawrenzjan2003
Innu MarċĊentinarju1983
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Fis-sena 2006, il-Kunċert Annwali ħa xejra pjuttost differenti mis-soltu. Dan għaliex din is-sena ħabtet il-100 sena mill-mewt tal-Kanonku Dun Alwiġ Fenech. Għalhekk, ma setax jonqos li l-Kunċert Annwali, li sar nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, isir fl-okkażjoni ta’ għeluq il-100 sena mill-mewt tal-Kanonku Fenech. Il-mużika kollha li ndaqqet kienet kompożizzjoni tiegħu, u ma setax jonqos li dan il-Kunċert jagħlaq bid-daqq tat-tant popolari Antifona ta’ San Lawrenz.

Introduzzjoni (Intermezzo)Kan. L. Fenech
Eram Quasi AgnusKan. L. Fenech
Responsorji De FunctorumKan. L. Fenech
Ego Eduxi TeKan. L. Fenech
In Monte OlivetiKan. L. Fenech
KyrieKan. L. Fenech
GloriaKan. L.Fenech
GradualeKan. L. Fenech
Tantum ErgoKan. L. Fenech
Almae e SionisKan. L. Fenech
Antifona San LorenzoKan. L. Fenech

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *