Programmi Speċjali

Il-Kunċert fit-Teatru Manoel fl-1987

 

Minn żmien għall-ieħor, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz dejjem daqqet u tellgħet Programm Mużikali Speċjali , li ħafna drabi tkun marbuta ma’ xi okkażjoni speċjali. Filfatt hekk kien ġara il-Ħadd 22 ta’ Novembru fl-1987, meta il-Banda San Lawrenz daqqet fit –Teatru Manoel, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tla-Festa ta’ Santa Ċeċilja. Għal din l-okkażjoni, il-Banda San Lawrenz daqqet dan il-Programm.

 

SinfoniaMaltaP. Vassallo
MusicalLegend of the Glass MountainN. Rota
SinfoniaDianaG. Giumarra
SelectionSouth PacificR. Rodgers
FantasiaCapriccio ItalianoP. Tchaikovsky
OvertureSaulA. Bazzani
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli
InnuMaltiR. Sammut

Akkademja Mużikali 1990

 

Fis-Sena 1990, meta l-Birgu kien qiegħed jiċċelebra id-disa’ Ċentinarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz, ma setax jonqos li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ma tagħmilx Programm Mużikali speċjali biex tikkommemora din l-okkażjoni. Filfatt, nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju 1990, Il-Banda Vittoriosana San San Lawrenz tellgħet Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, bid-daqq ta’ din il-mużika.

 

IntermezzoIntroduzioneKan. L. Fenech
I LombardiAlla Prima CrociataG.Verdi
Marcia SinfonicaLillianaS. Fabri
Forza del DestinoCoro Degli AngeliG. Verdi
MarciaSlavaP. Tchaikovsky
NabuccoVa PensieroG. Verdi
SinfoniaChiaraP. Schembri
Innu KbirSan LawrenzH.H. Dalli
Innu PopolariSan LawrenzL. Galea
InnuĊentinarjuKan. L. Mifsud
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Il-Preżentazzjoni tal-Bandalora Artistika fl-1994

 

Erbgħa snin wara, propju fis-sena 1994, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz, għal darb’oħra, tellgħet Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, din id-darba fl-okkażjoni tal-50 sena mill-Pellgrinaġġ li wassal lura l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz fil-Belt Vittoriosa wara t-tieni Gwerra Dinjija u l-inawgurazzjoni tal-Bandalora Artistika tal-istess Soċjeta`. F’dan li program, li sar nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju, indaqqet din il-mużika.

OvertureSaulA. Bazzini
IrisInno al SoleP. Mascagni
Cavalleria RusticanaCoro delle ArancieP. Mascagni
OverturePasqua RussaR. Korsakov
Ben HurParade of CarioteersM. Rozsa
Madame ButterflyHumming ChoirP. Schembri
SinfoniaChiaraP. Schembri
Innu KbirSan LawrenzH.H. Dalli
Innu PopolariSan LawrenzL. Galea
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

Inawgurazzjoni tal-PlanċierFl-2008, fl-okkażjoni ta’ Għeluq il-125 sena mit-Twaqqif Uffiċjali tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz u l-Inawgurazzjoni tal-Planċier Artistiku, il-Banda daqqet Programm Vokali u Strumentali Memorabbli., bis-sehem tat-Tenur Brian Cefai, il-Baxx Louis Cassar u il-Kor Amadeus Chamber Choir. Memorabbli għax kien qed isir għall-ewwel darba fuq il-plancier lest, u memorabbli għall-ammont inkredibbli ta’ persuni li attendew għalih, li prattikament ħonqu pjazza. Dan il-Programm sar nhar it-30 ta’ Lulju 2008, fl-aħħar ġurnata tal-Festi Kbar li s-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizzat għal din l-okkażjoni. L-għażla tal-Mużika f’dan il-Programm Mużikali kienet din.

Innu MarċSan LawrenzG. Frendo
SinfoniaInauguralH.H. Dalli
OperaNabucco – Va PensieroG. Verdi
OperaTurandot – Nessun DormaG. Puccini
OperaCoro delle ArancieP. Mascagni
OvertureCanenaP. Schembri
OperaIris – Inno Al SoleP. Mascagni
AriaAidaG. Verdi
Innu KbirSan LawrenzH.H. Dalli
Innu MarċĊentinarjuP. Schembri
Innu PopolariSan LawrenzL. Galea
InnuBanda San LawrenzH.H. Dalli

 

Fis-sena 2012, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iċċelebrat Anniversarju importanti ieħor – il-25 Anniversarju mill-ħatra tas-Sur Lawrence V. Farrugia bħala President tas-Soċjeta`. Kif jista’ jonqos, dan l-anniversarju hekk importanti ġie ċċelebrat bis-sħieħ mis-Soċjeta` tagħna. Il-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu nhar il-Ħamis 2 t’Awwissu, meta sar marċ u wara Programm Mużikali mill-Banda fuq il-Planċier tas-Soċjeta`. Fil-marċ ħadu sehem diversi soċjetajiet mużikali oħra, peress li din is-sena ħabtet ukoll il-25 sena minn meta s-Sur Farrugias kien inħatar President tla-Għaqda Każini tal-Banda. Flimkien mal-banda ħa sehem ukoll il-kor Coro Bel Canto. Il-mużika li ndaqqet f’din l-okkażjoni tinsab elenkata hawn taħt.

 

Innu MarċSan LawrenzG. Frendo
Classic OverturePresident’s JubileeP. Schembri
Tenor & SopranThe PrayerD. Foster
SopranoO Mio Babbino CaroG. Puccini
OvertureThe Merry Wives of WindsorO. Nicolai
InstrumentalDaniel’s LullabyD. Sammut
ChoirLombardi Prima CrociataG. Verdi
ChoirCavalleria RusticanaP. Masacagni
Duet & ChoirTrvaiata – I BrindisiG. Verdi
Tenor & ChoirPomp & CircumstanceE. Elgar
Tenor, Baritone & ChoirInnu lil San LawrenzH. H. Dalli
Innu MarċĊentinarjuP. Schembri
InnuSan LawrenzL. Galea
InnuBanda San LawrenzH. H. Dalli

Programm Speċjali 450 Sena Anniversarju Assejdu Kbir

 

Nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, flimkien mal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, tellgħu programm flimkien għall-ewwel darba. Dan il-programm sar bħala parti mill-attivitajiet tal-450 sena anniversarju mill-Assedju l-Kbir, organizzat mill-Kunsill Lokali. F’dan l-avveniment storiku, iż-żewġ soċjetajiet tal-Belt Vittoriosa ħadmu flimkien sabiex ittella’ programm tal-aqwa livell, biż-żewġ surmastrijiet jgħaddu siltiet mużikali kif indikat hawn taħt:

 

Innu MaltiRobert SammutMro Jonathan Abela
Alba d’AmoreGiovanni GiumarraMro Jonathan Abela
Die FledermausJohan StraussMro Jonathan Abela
La Vittoriosa 3za SinfoniaRafael RicciMro Emmanuel Spagnol
AnniversaryEmmanuel SpagnolMro Emmanuel Spagnol
The ProvenanceJonathan AbelaMro Jonathan Abela
The Mask of ZorroJames HornerMro Emmanuel Spagnol
OregonJacob de HaanMro Jonathan Abela
Hooked on ClassicsLouis ClarkMro Emmanuel Spagnol
Innu għall-Belt VittoriosaEmmanuel SpagnolMro Emmanuel Spagnol

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *