Storja tal-Banda

Ir-Ritratt Kbir ta' żmien Giumarra

Il-qasam mużikali fil-festa ta’ San Lawrenz tal-Birgu jmur il-bogħod sewwa fl-imgħoddi meta fil-proċessjoni kien ikun hemm għadd ta’ mużikanti quddiem sew l-ewwel standard fil-proċessjoni. Dan nafuh minn ikonografija qadima li turi l-proċessjoni ta’ San Lawrenz bħala fost l-eqdem festi Maltin. Mal-wasla tal-kavallieri l-proċessjoni kienet dejjem tkun preċeduta minn mużikanti tax-xwieni u dan ġab li mal-wasla tal-Ingliżi f’Malta fil-bidu tas-seklu dsatax, anki dawn kienu jipprovdu mużikanti mill-baned militari tagħhom sabiex jieħdu sehem fil-festa ta’ San Lawrenz. Kien propju dan il-każ li nvolva l-baned militari mal-festi tagħna u hekk ġara li għal bosta snin tal-bidu tal-ħakma Ingliża kellna s-sehem ta’ baned militari fil-festi patronali Maltin tagħna.

Mro. Artz mal-Banda Wara it-Tielet Kunċert fit-Tejatru Rjali

Dan kien li ħajjar lil xi Maltin jibdew huma wkoll jinġabru f’għaqdiet mużikali. Lejn is-sena 1858 fi ‘Strada Palazzo Antico del Governatore’ dak iż-żmien magħrufa wkoll bħala t-Triq ta’ Lhud, grupp ta’ rġiel mill-Birgu bdew jiltaqgħu biex is-Surmast Indri Grima kien jgħallimhom il-mużika u strumenti ta’ dak iż-żmien. Dan il-grupp mexa ‘il quddiem tant li lejn is-sena 1863 krew dar fi ‘Strada Porta Maggiore’ biex hekk ikunu f’post prominenti tal-Belt biex hawn il-banda ħadet laqam bħala l-banda ‘TA’ LJUN’. Hekk kien il-bidu tal-banda li ħasra safa fi tmiem tiegħu meta f’Malta fl-1868 kellna l-kolera. Iżda meta għaddiet il-burraxka s-Sur Giuseppe Portelli għaqqad mill-ġdid il-banda li kellha każin fil-Pjazza.

Il-President ta' Malta Agatha Barbara tikxef irħama kommemorattivaHawn il-banda bdiet tissejjaħ l-UNIONE u fis-sena 1878 sar Innu lil San Lawrenz li kien dedikat lill-organizzaturi s-Sur Farrugia u s-Sur Cesareo. Il-Pjazzetta dari kienet il-qalba tal-Birgu fejn għadd ta’ nies kienu jgħixu. Minn dak il-kazin il-banda tal-Palma bdiet tesegwixxi l-programmi fosthom dak ta’ Santu Kruċ fil-Belt Valletta taħt is-Surmast Catania fis-sena 1885. Fis-sena 1911 il-każin tal-banda nsibuh fid-dar ta’ ‘Strada Brittania’ Nru 40, illum din it-Triq hija msemmija ‘Triq Hilda Tabone’. Din id-dar kienet laqgħet il-Banda u b’att tal-24 t’Ottubru għand in-Nutar Neriku Saydon ġiet mikrija bħala każin. Billi l-progress tal-banda kien ġmielu speċjalment wara meta kienet f’idejn is-Surmast Giovanni Giumarra, il-kumitat ħabrieki ħaseb għal dar aħjar fil-qalba tal-Belt. L-għazla kienet il-palazz tal-Perit Soler fil-Pjazza u billi dan l-istess perit kien għadu kemm irranġa d-dar u kien ukoll ammiratur tal-istess banda intlaħaq ftehim li l-Kumitat jixtri d-dar tal-pjazza Nru. 10, 11 u 12 fi Pjazza Vittoriosa bħala dar għall-kazin.

Ir-Rebħ tar-Regatta fl-1984

Fl-1983, għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tal-Banda saru festi kbar mifruxin fuq sena sħiħa, bil-qofol tal-Festi jkun Programm Vokali u Strumentali mill-Banda ġol-Pjazza nhar l-10 t’Awwissu, Festa Liturġika ta’ San Lawrenz. Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja fl-1987, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ġiet magħzula sabiex tagħmel Programm Mużikali ġewwa t-Teatru Manoel. Fost il-mużika li esegwiet il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Schembri nsibu xogħlijiet ta’ Paolino Vassallo, Giumarra, Bazzini u Tchaikovsky. Bla dubju ta’ xejn, is-sena 1984 tibqa’ tissemma’ fl-istorja ta’ Beltna, meta il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu rebaħ għall-ewwel darba ix-Shield tar-Regatta tat-8 ta’ Settembru u il-Banda San Lawrenz ħadet sehem bis-sħieħ fiċ-ċelebrazzjonijiet li segwew.

Il-Preżentazzjoni tal-Bandalora Artistika fl-1994L-1990 ħabat għeluq id-Disa Mitt Sena tal-Parroċċa. Fil-Festi Kbar li saru l-Banda minbarra li daqqet bosta drabi matul is-sena, esegwiet Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja nhar it-30 ta’ Lulju fejn daqqet xogħlijiet ta’ Verdi, Tchaikovsky, Kan. Fenech, Fabri, Schembri u l-famuż ‘Innu lil San Lawrenz’ għall-Kor, Tenur u Baxx tal-ex Surmast Hector Dalli.Biex jitfakkar l-Anniversarju tal-ħamsin sena minn meta nġiebet l-istatwa ta’ San Lawrenz wara t-Tieni Gwerra Dinjija saret Akkademja Vokali u Strumentali fil-Knisja nhar il-Ħamis 29 ta’ Lulju 1994 fejn il-Banda esegwiet xogħlijiet ta’ Bazzini, Mascagni, Korsakov, Rozsa, Puccini, Dalli u tas-Surmast Direttur Paul Schembri.

Nar Sinkronizzat mal-Mużika waqt il-Vittoriosa in FestaMinbarra dan tul dawn l-aħħar snin il-Banda kisbet isem b’diversi Programmi Muzikali li jsiru ta’ kull sena kemm fi swali u teatri kif ukoll nhar is-7 t’Awwissu fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz fejn dan il-Programm isir f’Misrah ir-Rebha fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta`. Fis-sena 2005 il-Banda esegwiet Programm Mużikali kollu xogħolijiet tas-Surmast Paul Schembri sabiex tfakkar il-25 sena minn mindu ħa t-tmexxija tal-Banda. U fl-2006 avveniment importanti ieħor kienet Akkademja Mużikali biex jitfakkar il-mitt sena mill-mewt tal-Kanonku Dun Alwiġ Fenech.

Premjazzjoni Konkors Nazzjonali tal-MarċiPero` żgur lis-sena 2008 titniżżel b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ din is-Soċjeta`. Kienet is-sena fejn din il-banda iċċelebrat il-125 sena mit-twaqqif tagħha u l-kumitat ħaseb li jħejji programm t’attivitajiet ambizzjuż għal din l-okkażjoni. Fost id-diversi attivitajiet li ġew organizzati kien hemm konkors nazzjonali tal-marċi li ntrebaħ minn Mro GorIt-Tlugħ tal-Bandiera l-ġdidadon Baldacchino bil-marċ tiegħu ‘Jubilant’. Saret ukoll lejla muziko-letterarja fl-okkażjoni tal-kxif tal-irħama ta’ komemorazzjoni, flimkien ma’ diversi marċijiet brijjużi mill-Banda San Lawrenz kif ukoll mill-Banda Unione u Banda Sant’ Andrija ta’ Ħal-Luqa.

Barra minn hekk, ġie ippublikat ktieb li jirrakkontra ġrajjiet is-Soċjeta` tul il-125 sena tagħha, b’kitba tas-Sur Anton Attard. Il-banda kienet impenjata ferm b’ recordings ta’ żewg double albums għall-okkażjoni tal-Ġimgħa Kbira u l-Għid kif ukoll b’marċi funebri u valzi kif ukoll marċi brijjużi għall-festa. Pero` żgur li l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu nhar it-30 ta’ Lulju 2008, il-jum li fih ġie inawgurat il-planċier artistiku tas-Soċjeta`, fejn fost spettaklu mill-isbaħ u Programm Muzikali mill-aqwa, inkixef wieħed mill-isbaħ planċieri li hawn f’Malta.

Preżentazzjoni Standard irrakmatWara din is-sena hekk memorabbli, l-għan tal-kumitat ċentrali kompla jkun li jsaħħaħ u jikkonferma lil din il-banda fost l-aqwa fi gżiritna, u kompla jagħmel dan bis-suċċess tas-servizzi u l-programmi mużikali li jsiru. Il-futur għal din is-Soċjeta` hu wieħed li jipprometti tajjeb ħafna, u ninsabu żguri li s-sena 2010 ħa tkun sena oħra memorabbli għal żewġ avvenimenti; 30 sena anniversarju ta’ Mro Paul Schembri bħala surmast tal-Banda San Lawrenz kif ukoll l-iskambju li din is-soċjeta` qiegħda tipprepara ma’ banda Belġjana. Filfatt il-Programm Annwali li s-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tagħmel kull sena kien propju ddedikat għat-30 sena surmast ta’ Mro Paul Schembri. Dan il-Kunċert Annwali sar fil-Caraffa Exhibition Halls, Vittoriosa Marina, nhar l-24 t’April 2010. Ma setax jonqos li bħal l-okkażjonijiet ta’ qabel, is-Surmast Paul Schembri iżanżan biċċa mużika. Filfatt, għal din is-sena, Mro Schembri ikkompona Grande Marcia bl-isem ta’ 30th Anniversary u propju indaqqet għall-ewwel darba f’dan il-programm.

Pero` is-sena 2010 żgur li tibqa’ mfakkra ukoll għal raġuni oħra – l-iskambju mużikali li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz organizzat mal-Philharmonie Royale Concordia Ottignies, Belġju. Dan kien l-ewwel darba li f’Beltna soċjeta` mużikali stiednet soċjeta` mużikali oħra barranija għall-festa. Iż-żjara ta’ din il-Banda Belġjana kien suċċess kbir, bi programm t’attivitajiet tul il-ġranet li damu hawn Malta varjat immens. Żgur li din iż-żjara laħqet il-milja tagħha waqt il-Vittoriosa in Festa, fejn quddiem pjazza ippakkjata bin-nies, iż-żewġ soċjetajiet mużikali esebixxew programm mużikali internazzjonali li intgħoġob minn kull min attenda. Żgur li wara dan is-suċess l-attenzjoni ser tkun mixġuta fuq iż-żjara li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel fil-Belġju f’Diċembru.

Fil-fatt, il-mawra li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet ġewwa l-Belġju kienet suċċess kbir. Kulħadd ħareġ kuntent minn din il-mIl-Banda San Lawrenz iddoqq ġewwa Dar Maltaawra – l-organizzaturi, il-bandisti li ġew magħna kif ukoll is-sapporters li ingħaqdu mal-Banda f’din il-mawra. Apparti il-postijiet sbieħ li żar il-kontiġent, il-qofol tas-suċċess kienu it-tliet programmi li l-Banda tellgħet fil-Belġju ġewwa Nivelle, Louvain-La Neuve u Brussell. Fil-fatt, il-Programm ta’ Brussell ittella’ ġewwa Dar Malta taħt il-patroċinju tal-E.T. l-Ambaxxatur Malti għall-Unjoni Ewropeja u l-E.T. l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju. Barra minn hekk, din il-ġurnata tal-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 2010 ser titniżżel b’ittri tad-deheb fl-istorja tas-Soċjeta` għax propju f’din il-ġurnata il-Banda Vittoriosana San Lawrenz saret l-Ewwel Banda li daqqet u tellgħet Kunċert ġewwa Dar Malta fi Brussell.

Fis-sena 2012, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iċċelebrat Anniversarju importanti ieħor – il-25 Anniversarju mill-ħatra tas-Sur Lawrence V. Farrugia bħala President tas-Soċjeta`. Kif jista’ jonqos, dan l-anniversarju hekk importanti ġie ċċelebrat bis-sħieħ mis-Soċjeta` tagħna. Il-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu nhar il-Ħamis 2 t’Awwissu, meta sar marċ u wara Programm Mużikali mill-Banda fuq il-Planċier tas-Soċjeta`. Fil-marċ ħadu sehem diversi soċjetajiet mużikali oħra, peress li din is-sena ħabtet ukoll il-25 sena minn meta s-Sur Farrugia kien inħatar President tla-Għaqda Każini tal-Banda. Flimkien mal-banda ħa sehem ukoll il-kor Coro Bel Canto. Ta’ min jgħid li s-Surmast Paul Schembri irrIl-Faċċata ta' Palazzo Huescaegala silta Mużikali ġdida – Classic Overture bl-isem ta’ President’s Jubilee.

Paġna oħra tal-istorja ta’ din is-Soċjeta` inkitbet fis-sena 2015. Propju nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu, fil-ġranet tal-Festa ta’ San Lawrenz, ġiet inawgurata mill-ġdid il-faċċata tal-Palazz majestuż tas-Soċjeta`, wara xhur twal ta’ restawr estensiv li kien hemm bżonnu u l-installazzjoni tad-dawl. Illum il-faċċata tal-każin tista’ tissejjaħ bħala spettakolari, u bla dubju ta’ xejn hi attrazzjoni li wieħed m’għandux jitlef kemm fil-ġranet tal-festa kif ukoll fil-bqija tal-ġranet ta’ matul is-sena. Tajjeb li jingħad ukoll li f’din il-ġurnata il-Palazz tas-Soċjeta` ġie mgħammed bl-isem ta’ Palazzo Huesca.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *