Surmastrijiet

Mro Ignazio Catania (1883 – 1884 / 1885)

Mro. Ignazio Catania

Ignazio Catania, li kellu sehem importanti fir-ri-organizzazzjoni tal-Banda Unione, twieled Bormla fid-29 ta’ Jannar 1860 iben Ġiljan u Reġina German. Beda jistudja l-klarinett mal-Banda San Giorgio ta’ Bormla, biex wara sar wieħed mill-aqwa solisti. L-antiki kienu jinstemgħu jgħidu li kien jgħaxxaq lil kulħadd meta kien ikollu xi solo mal-banda. Kompla l-istudji mużikali u nħatar assistent surmast tal-Banda San Giorgio ta’ Beltu. Fl-1883 inħatar direttur tal-Banda Mannarino taż-Żurrieq u fl-istess ħin kien jgħallem il-mużika lill-allievi tal-istess banda.

Tul il-karriera tiegħu, mexxa diversi baned oħra fosthom is-San Leonardo ta’ Ħal Kirkop, De Paule ta’ Raħal Ġdid, Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien u Beland taż-Żejtun. Fost il-kompożizzjonijiet tiegħu hemm l-Innu Vi Salvi il Ciel Magnanimi, il-Polka La Rosa, il-mażurka San Giorgio a Mare u diversi valzers fosthom l-Otto di Dicembre, Due Ladri u Spasimenti. Miet f’Bormla fl-għomor ta’ 79 sena, fl-4 ta’ Awissu 1939.

Is-Surmast Carmelo Abela (1884 – 1885 / 1888 – 1889)

Mro. Carmelo Abela

Is-Surmast Carmelo Abela, minkejja li ftit hawn tagħrif dwaru, kien fost l-aħjar mużiċisti ta’ tmiem is-seklu dsatax u l-bidu ta’ dak ta’ warajh. Kien magħruf għall-ħila li kellu fl-arranġament ta’ għażliet mill-Opri għall-banda. Tul il-karriera tiegħu, idderieġa diversi baned, fosthom din tal-Birgu, is-San Giorgio ta’ Bormla u hu meqjus bħala l-ewwel surmast tal-Banda San Ġorġ, ta’ Ħal Qormi. Konferma ta’ kemm kien persunaġġ influwenti fil-qasam mużikali hi li kien miegħu li kkonsulta l-kumitat tal-Banda La Valette meta ġew biex jaħtru surmast direttur ġdid. Aktarx li kien fuq parir tiegħu li fl-1889 kienu ħatru lill-Vincenzo Carabott

 

 

 

Is-Surmast Gaetano Grech (1889 – 1905 / 1909 – 1910)

Is-surmast Gaetano Grech, id-direttur ġdid ta’ din il-Banda, imlaqqam palazzi, iben Anġlu u Teresa Fiammingo, twieled l-Isla fid-19 ta’Mro. Gaetano Grech Settembru 1855. Irċieva l-ewwel tagħlim fil-mużika għand zijuh Mro. Giorgio Fiammingo, billi tħarreġ fil-klarinett u l-vjolin. Kompla jistudja għand surmastrijiet oħra bħal Mallia Cassar u Paolino Vassallo. Bħala surmast direttur beda mal-banda ta’ beltu, dik il-ħabta msemmija La Vincitrice u aktar tard Queen’s Own. Tul il-karriera tiegħu minbarra l-banda ta’ din il-belt, kien surmast direttur ta’ diversi baned bħal La Valette u King’s Own, tal-Belt, l-Unione ta’ Ħal Luqa, San Giorgio ta’ Bormla u għamel xi żmien mal-L’Isle Adam tar-Rabat. Kien ukoll inħatar direttur onorarju tal-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu u dderigieha f’okkażjonijiet partikulari. Insibuh ukoll direttur ta’ banda ġdida li, għal xi ftit żmien, ġiet iffurmata fil-Belt Valletta bl-isem ta’ Otto Settembre. Flimkien ma’ dawn kien għamel żmien ukoll iħarreġ baned militari Ingliżi.

Is-Surmast Alfred P.Hare (1905 -1906 / 1910 – 1912)

Fost il-kompożizzjonijiet numerużi tiegħu, jispikkaw is-sinfoniji Figlia del Re Pipino, Pensiero Melanconico u La Bella Melita. Kellu l-isfortuna li jmut meta kien qed jikkomponi l-ewwel att ta’ opra bl-isem ta’ Le Prime Crociate. Kemm dam il-Birgu, Mro. Grech kien stmat u maħbub ħafna. Dan jidher billi diversi drabi, kemm wara xi programm, kif ukoll waqt xi laqgħa fil-każin, mhux l-ewwel darba li kien jingħata rigali, li jkunu ġabru għalihomMro. A.P. Hare l-ammiraturi tal-banda. Fl-1905 ħalla lill-Banda Duke of Edinburgh biex ingħaqad ma’ dik ta beltu, l-Queen’s Own. Huwa miet fl-eta` ta’ 83 sena fl-1938. Ġie lura Malta fl-1903 u minn dakinhar ingħata d-direzzjoni ta’ diversi baned, fosthom il-King’s Own tal-Belt, id-Duke of Connaught ta’ Birkirkara, il-Prince of Wales Own tal-Birgu, La Stella ta’ Għawdex, il-Banda Pinto ta’ Ħal Qormi u l-Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-kompożizzjonjiet tiegħu huma bla għadd, iżda l-aktar li jissemmew huma s-sinfonija Rex, il-marċ sinfoniku Flangar non Flector u l-innu A San Domenico. Kellu personalita` li biha kien jagħmel ħafna ħbieb u kien stmat ħafna. Kien jaf diversi lingwi u b’hekk, il-Gvern kien ħatru interpretu fil-Qrati Maltin. Sfortunatament, miet fl-1932, f’eta` mhux tant avvanzata, ta’ 67 sena u jinsab midfun fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Is-Surmast Hare, li taħt il-bakketta tiegħu għaddiet il-Banda, twieled il-Belt Valletta fl-1865. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-Seminarju tal-Imdina u ta’ 16-il sena beda jistudja l-mużika F’dan il-qasam mexa ‘l quddiem ukoll u wara li rebaħ scholarship mar kompla l-istudji tiegħu fil-Conservatorio Musicale San Pietro a Majella f’Napli. Hawn kompla jagħmel progress għax ta’ 20 sena kien ġa sar direttur tal-Banda ta’ Posillipo. Wara li xi kompożizzjonijiet tiegħu ġew eżaminati minn surmastrijiet magħrufa bħal Rossi u Falcone, ġie ċertifikat li huwa kien laħaq livell għoli biżżejjed li sar eliġibbli li jinħatar direttur ta’ kwalunkwe banda. Fl-1885 mar l-Indja fejn inħatar direttur ta’ diversi baned, fosthom uħud militari. Hemm baqa’ msemmi għal kunċert li kien għamel ma’ banda komposta minn 200 bandist.

Mro. Durante Magri Grech (1906 – 1907)

Is-Surmast Durante Magri Grech kien direttur dixxiplinat. Ma setax jonqos għax kien raġel tas-Servizz. Wara li temm l-istudji mużikali, kien ingaġġa bħala suldat fir-Royal Malta Militia Regt. u ftit wara ġie promoss surġent u maħtur surmast direttur tal-banda tar-reġiment. Meta ngħata t-tmexxija tal-Banda Duke of Edinburgh kien assistent ta’ Hare mal-Banda King’s Own. Jista’ jkun li l-ħatra tiegħu fil-Birgu waslet wara rakkomandazzjoni ta’ Hare innifsu.

L-aħbar li ngħatat mill-ġurnal imsemmi kienet xi ftit tard għax lil Magri Grech ġa nsibuh fid-direzzjoni tal-Banda fiż-żewħ programmi li għamlet f’Misraħ San Ġakbu f’Ħaż-Żabbar, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja, fit-8 u d-9 ta’ Settembru. Dakinhar, Magri Grech introduċa fil-Banda il-passio doppio, li qatt qabel ma jidher li kien interpretat fi programmi preċedenti. L-ewwel wieħed kien l-Orientale ta’ Ferradini.

L-istess żewġ programmi li għamel Ħaż-Żabbar irrepetihom ġimgħa wara fil-festa ta’ San Duminku fil-Birgu, iżda kien żied il-polka Margherita ta’ Vella u għażliet minn La Maritana ta’ Wallace, it-tnejn ġodda għall-Banda Duke of Edinburgh. Aktarx iva milli le, dawn iż-żewġ programmi f’San Duminku kienu l-aħħar programmi tiegħu ma’ din il-Banda.

Id-direzzjoni ta’ Magri Grech, jidher li ma kenitx destinata li ddum wisq. Huwa kien ingħata l-kariga fi żmien meta għadd ta’ baned Maltin kienu laħqu livell għoli ġmielu. Minħabba l-piki li kien hemm bejniethom, l-ammiraturi ta’ wħud fosthom kienu lesti jagħmlu sagrifiċċji mhux żgħar biex jaraw li l-banda favorita tagħhom, kemm jista’ jkun, tilħaq il-perfezzjoni. Biex jilħqu dan il-għan, bdew jaħtru surmastrijiet diretturi barranin.

Mro. Giovanni Giumarra (1907 -1909 / 1912 – 1924 / 1930– 1936)

Fost is-Soċjetajiet li xtaqu surmast barrani kien hemm dik tad-Duke of Edinburgh. Xewqithom inqagħtet meta fi tmiem l-1906 wasal Malta l-Isqalli Giovanni Giumarra biex jieħu d-direzzjoni tal-Banda minflok Magri Grech. Is-surmast Giovanni Giumarra twieled f’Comiso, Sqallija, fl-1861, iben Vincenzo u Annunziata Baglieri. Il-ġibda tiegħu lejn il-mużika dehret kmieni u ta’ 12-il sena kien ġa wera l-potenzjal tiegħu. Wara suċċess f’eżami li kien qagħad għalih, inħatar surMro. Giumarramast sostitut u klarinettista solista mal-banda ta’ Sortino. Ftit snin wara, insibuh viċi-direttur u aktar tard direttur tal-banda tal-Muniċipju ta’ Noto. Kemm dam direttur tagħha, din il-banda għamlet progress kbir, tant li bdiet tkun mistiedna tagħmel programmi tul is-sena kollha, kemm fil-festi u kemm f’okkażjonijiet oħra.

Ħalla bosta kompożizzjonijiet li fihom wera finezza mhux komuni. Dawn kienu kemm sagri kif ukoll profani. Bosta minnhom ġew stampati minn ħafna djar tal-mużika. Barra minn dan, il-mijiet ta’ marċi, sinfoniji, intermezzi u kompożizzjonijiet oħra tiegħu kienu ferm imfittxija, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Amerika u l-Afrika. Fi tnejn mill-aħħar kompożizzjonijiet tiegħu wera l-ġibda li kellu lejn il-Birgu. Ir-Recordare iddedikaha lill-Kapitlu tal-Kolleġġjata u Ai Caduti del 1565 kien iddedikaha lin-nies ta’ din il-belt.Minbarra mad-Duke of Edinburgh, Giumarra għamel xi żmien mal-Banda Vilhena tal-Furjana, San Giorgio ta’ Bormla u mal-Banda Leone, tal-kapitali Għawdxija, fejn kien stmat ħafna u magħha għamel 10 snin sħaħ. Kien imħarreġ sewwa fl-istrumentazzjoni għall-baned u bħala kunċertista dejjem impressjona waqt kunċerti li dderieġa fit-Teatru Rjal, fil-Manoel u fiċ-Circolo Brittania.

Is-suċċessi tiegħu f’konkorsi mużikali internazzjonali li daħal għalihom juru kemm kien mużiċista kapaċi u fihom rebaħ diversi unuri. Biżżejjed insemmu tnejn fosthom, meqjusin bħala mill-aktar prestiġġjużi. F’konkors li kien sar f’Palermo, ħa diploma tal-Ewwel Grad u Midalja tal-Fidda u f’ieħor f’Salerno rebaħ Diploma tal-Ewwel Grad u Midalja tad-Deheb. Wara 29 sena fix-xena bandistika Maltija u Għawdxija, Mro. Giumarra miet il-Ħamrun f’lejlet il-Milied tal-1936.

Is-Surmast Paċifku Scicluna (1924 – 1925 / 1927 –1930 / 1936 – 1952)

Is-surmast Scicluna twieled Bormla fl-14 ta’ Awissu 1876. Wara ftit xhur, il-familja Scicluna marret toqgħod il-Birgu, fejn Paċifku trabba u għex sa mewtu. Beda jistudja l-mużika ta’ 9 snin fil-Birgu mal-Banda Unione tal-istess belt u ħareġ idoqq ftit wara bħala katubier u aktar tard qaleb għall-klarinett. Kompla l-istudji tiegħu taħt is-surmastrijiet Catania, Abela, Ricci, Doncich u Grech.Mro. Paċifku Scicluna

Fl-1903, ta’ 27 sena, kien inħatar surmast direttur tal-Banda Maria Mater Gratiae, ta’ Ħaż-Żabbar. Magħha kien surmast erba’ darbiet u b’kollox baqa’ fid-direzzjoni tagħha għal 29 sena sħaħ, sakemm irtira fl-1951. F’Awissu ta’ l-1906, ġie konfermat surmast direttur tal-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu, fejn baqa’ sa Frar 1914. Huwa kien ukoll direttur tal-banda Żebbuġija De Rohan, San Giuseppe tal-Imsida, Victoria tal-Mellieħa u snin twal mal-Banda Duke of Edinburgh, ta’ din il-belt. Għamel xi żmien impjegat ukoll bħala bandmaster mal-Flotta Ingliża.

Kien hemm okkażjonijiet meta dderieġa l-baned San Giorgio ta’ Bormla, Unioneta’ Ħal Luqa u l-King’s Own tal-Belt. Kien ukoll direttur ta’ Orkestri Mandolinistiċi fl-Isla (1907), orkestra oħra bħala fergħa tal-Banda Prince of Wales tal-Birgu (1909) u kien isemmi oħra fl-istess belt li twaqqfet fl-1904. Għallem ħafna żgħażagħ u bihom kien ifforma banda mdaqqsa bħala fergħa fi ħdan il-Banda Duke of Edinburgh.

Mro. Scicluna ħalla kompożizzjonijiet ta’ kull xorta, bħal sinfoniji, valzi, marċi u innijiet. Fost dawn ta’ l-aħħar hemm is-Salve Maria Salve għal Ħaż-Żabbar, l-Ave Maria magħrufa bħala tal-fanfarra, l-Inno all’Assunta għal Ħad-Dingli u l-Inno a San Domenico, magħruf fil-Birgu bħala l-Innu l-Kbir. Artz kellu ammirazzjoni kbira lejh. Minbarra li ħallielu ċertifikat mill-aqwa bil-miktub, li għadu konservat fil-każin, meta kien għadu kif wasal hawn u rah jidderieġi lill-Banda kien instama’ jgħid: X’kien jinħtieġ li ġġibu surmast meta għandkom raġel hekk ta’ ħila!

Huwa kien ħalla speċi ta’ Memorji, illum ħafna minnhom intilfu, dwar il-formazzjoni mill-ġdid ta’ din il-banda fl-1883, u ġrajjietha f’dawk is-snin ta’ taqlib, kif isostni l-istoriku Lorenzo Zahra. Wara ħajja eżemplari, Paċifku Scicluna miet ta’ 81 sena, fl-20 ta’ Settembru 1957.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *