Investimenti fit-Tagħlim

Il-Proġett “It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda”

Fis-sena 2012, l-Aġenzija Żgħażagħ kienet iffananzjat il-proġett Tagħlim Mużikali b’Differenza – Interattivita` fil-Banda. L-għan ta’ dan il-proġett kien investiment f’Hardwar

e u Software bħal Laptop, Projector, Big Screen kif ukol Parti mill-Proġett 2012Software adattat għat-tagħlim mużikali ta’ etajiet diversi. Nistgħu ngħidu li dan kien proġett suċċess għaliex grazzi għal dan l-investiment, l-istudenti u l-alljievi kellhom iċ-ċans li jużaw għodod li huma iktar familjari magħhom u iktar importanti minn hekk, li jkunu jistgħu jitgħallmu flimkien fi klassi. Dan qed iwassla biex l-alljievi jitgħallmu minn xulxin, kif ukoll li flimkien jitgħallmu u hemm il-possibilita` li jersqu għall-eżamijiet tat-teorija mużikali.

Matul is-sena 2015, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz għamlet proposta oħra li ġiet aċċettata u l-għan tal-proposta hu li nikkomplimentaw id-dinamiċita` tal-għalliema mużikali u l-għanijiet li jridu jilħqu f’dan ir-rigward. Nafu u nirrikonoxxu li n-numru tla-alljievi jista’ jikber iktar. Għaldaqstant l-inizjattiva tas-sena 2015 għandha l-għan waħdieni ta’ outreach biex nkabbru n-numru ta’ alljievi, u fl-istess ħin naġġornaw u nintroduċu metodi ġodda ta’ tagħlim fil-każin permezz ta’ iktar investiment.

Wara li attrezzajna it-tagħlim mużikali permezz ta’ softwares adattati għal kull eta`, kif ukoll sabiex iwassal lill-alljievi għall-eżamijiet tat-teorija, ħassejna l-bżonn li ninvestu f’hardware u aċċessorji oħra sabiex apparti lezzjonijiet ta’ teorija f’forma ta’ klassi, ikunu jistgħu isiru lezzjonijiet ta’ prattika flimkien, l-alljievi u l-bandisti tal-post. Barra minn dan is-Surmast Direttur ser ikun qiegħed imexxi l-iskola tal-mużika flimkien ma’ għalliem/a oħra sabiex inkunu aktar professjonali fir-rigward tat-tagħlim li aħna ngħaddu lit-tfal tagħna. B’hekk kulħadd jikber u jitgħallem flimkien, u anke nkunu nistgħu ntellgħu kunċerti żgħar bix-xogħol tal-bandisti u l-alljievi.

Fil-fatt, permezz tal-proġett tas-sena 2015, investejna f’leġijiet adattati, White Board, żewġ Althorns u Snare Drums. Din l-inizjattiva tikkumplimenta dak li diġa` ksibna, għaliex issa ser nkunu investejna f’iktar għodoInvestiment 2016d u kumdita` sabiex l-alljievi jkunu jistgħu jattendu klassijiet ta’ prattika. Nemmnu li permezz ta’ dan l-investiment hemm aspetti innovattivi u spazju għall-kreattivita`.

Il-proġett tas-sena 2016, bl-isem ta’ Vittoriosa Kids Music Centre, għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ ittagħlim mużikali fil-każin. Fil-fatt, inxtraw numru kbir ta’ strumenti tal-perkussjoni, flimkien ma’ synthesiser, bil-għan li tiġi organizzata klassi tal-perkussjoni kull ġimgħa għal tfal minn 5 snin ‘il fuq. Aħna nemmnu wkoll li bl-introduzzjoni ta’ synthesiser waqt ir rehearsals tal-post, l-allievi ser ikollhom iċ-ċans li jifhmhu iktar u jitgħallmu dwar dak kollu li jkun qiegħed għaddej waqt il-kunċert. Barra minn dawn inxtraw ukoll photocopier, kotba sabiex jintużaw fit-tagħlim mużikali kif ukoll posters sabiex jiddendlu fis-sala tal-kunċerti.

Il-Proġett tas-sena 2017, bl-isem ta’ Vittoriosa Kids Music Centre – Kontinwita` kien ikkkonċentrat kif ser tkompli tissaħħaħ il-klassi tal-perkussjoni. Fil-fatt, inxtraw 3 xylophones immirati għat-tfal, u tapit adattat għat-tfal, fejn m’hemmx dubju li jkunu iktar komdi u attenti fl-istess ħin. Nxtrat ukoll mużika adattata kemm għaż-żgħażagħ u allievi, kif ukoll għall-perkussjoni, wara li ttieħed feedback mingħand l-allievi stess. Minnbarra dan, inxtrat ukoll First Aid Box biex f’każ ta’ bżonn, il-każin ikun attrezzat ukoll. Għall-allievi li jdoqqu l-klarinett, inxtrat għodda bl-isem ta’ Clarinet Finger. Din hi għodda li teħel mal-klarinett u tgħin ħafna fil-pożizzjoni tas-swaba u l-irfis biex dan isir kemm jista’ jkun b’mod professjonali. Inxtraw ukoll 2 Practice Mutes għall-Allievi tal-kurunetta, kif ukoll gig bag. Bil-għan li jkompli l-ear training tal-allievi u anke bandisti, inxtraw 6 Tuners clip on mal-istrumenti stess. Kienu parti mill-proġett ukoll ix-xiri ta’ Euphonium u żewġ kurunetti.

Il-Proġett “Vittoriosa Kids Music Centre”

Fis-sena 2016, il-Kumitat tas-Soċjeta` ħass li l-pass li jmiss hu li jinvesti fl-akwistika tas-Sala tal-Kunċerti. Kien ilu żmien jiġi diskuss il-bżonn li dive Support Scheme tas-sena 2017, maħruġa mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, is-Soċjeta` applikat sabiex jiġi installat suffett apposta u sistema ta’ dawl ġdida. Minn studju li sar, ħareġ ċar li s-sound reverberation fis-Sala tal-Kunċerti kienet qed tlaħħaq 7.26 sekondi fi frekwenza ta’ 500 Hertz, meta suppost dan ikun bejn 0.3 sa 0.8 sekondi. Barra minn hekk, ġie deċiż ukoll li tiġi installata sistema ġdida ta’ dawl fis-Sala, hekk kif kulħadd qabel li d-dawl preżenti m’huwiex adekwat. Wara li ġie ffirmat il-Kuntratt, f’Marzu tal-2017 bdew isiru xoghħlijiet ta’ manutenzjoni fis-soqfa tas-Sala, permezz ta’ tikħil mill-ġdid f’ċeru partijiet fejn kien hemm bżonn. Wara, inżebgħu mill-ġdid il-ħitan u kien jonqos l-installazzjoni tas-suffett u d-dawl, li sar f’April. Meta tlestgħu ix-xogħolijiet kollha, il-kuntrattur għamel test tas-sound reverberation wara l-installazzjoni tas-suffett. Ir-riżultat kien ta’ 0.6 sekondi fi frekwenza ta’ 500 hertz. Quddiem dan ir-riżultat, is-Soċjeta` temmen li kompliet tinvesti għal ġid tal-istudenti u t-tagħlim mużikali, u permezz ta’ dekorazzjonijiet adattati bħal posters mużikali, is-Sala ġiet attrezzata bl-aħjar mod possibbli.