Vittoriosa Kids Music Centre

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz toffri Tagħlim Mużikali mingħajr ħlas ghall-etajiet kollha. Il-lezzjonijiet isiru b’mod regolari kull ġimgħa. Il-każin joffri wkoll li jagħti strument tal-mużika b’xejn lil min ikompli javvanza fl-istudji.  Barra l-lezzjonijiet normali sabiex wieħedPERCUSSION LESSONS jitgħallem strument, ġiet ukoll introdotta klassi tal-perkussjoni għal tfal minn 5 snin ‘il fuq. L-intenzjoni hija li t-tfal ikollhom l-ewwel esperjenza mużikali tagħhom filwaqt li b’mod rikrejjattiv jitgħallmu elementi bażiċi tal-mużika. Isiru wkoll  sezzjonijiet ta’ tagħrif ġenerali dwar il-mużika kif ukoll teorija tal-mużika għal min jixtieq.

Fil-preżent, l-Alljievi qed jiġu mgħallma minn Mro Jonathan Abela, is-Surmast Direttur li hemm il-profil tiegħu fis-sezzjoni ddedikata lis-Surmastrijiet Diretturi, Mro Francois Borg, l-Assistent Surmast tas-Soċjeta`u Mro Andrew Zarb, bandist tal-post u għalliem, li l-profili tagħhom jinsabu f’paġna oħra f’din is-sezzjoni. Mro Jonathan Abela qiegħed fil-preżent jgħallem tagħrif ġenerali kif ukoll it-teorija, Mro Francois Borg qiegħed jgħallem lill-istudenti tal-instrumenti tal-qasba kif ukoll il-klassi tal-perkussjoni, fil-waqt li Mro Andrew Zarb qiegħed jgħallem l-istudenti tar-Ramm.

Nħeġġu lil kulħadd sabiex jibgħat u jinkoraġixxi lit-tfal tiegħu jitgħallmu l-mużika, għax din hija opportunita` minbarra li t-tfal jkunu qed jizviluppa t-talenti muzikali tiegħhom ħa jkunu jistgħu jikbru u jissaħħu fil-ħajja soċjali tal-komunita` tagħna.

 

Għal iktar informazzjoni nistiednek tagħmel kuntatt magħna permezz ta’:

1. E-mail fuq music@stlawrencebandclub.com;

2. Niżżel l-Applikazzjoni hawn u ibgħatha fuq l-indirizz tal-każin jew b’e-mail;

3. Jew għamel kuntatt ma’ xi persuna li tinsab imniżżla lejn l-aħħar tal-applikazzjoni.